Il-Kavallier Li Ma Setghax Imut (2009 version)

This is my original story in screenplay version about a Knight who could not die.. It’s an arthurian story in Maltese..

The first version was broadcast on RTK radio on the programme Rakkont back in 2007.

Xena 1

Kien is-sitt seklu, żmien ta’ ħafna battalji ħorox.

Bil-lejl.

POST: Kamelot

Seħta ta’ Morgana Le Fej fir-raħal ta’ Saħil (mhux bogħod mill-belt ta’ Kamelot) kienet għamlet li l-Kavallier Alixandru ma setgħax imut. Dan ġera’ waqt ġlieda ma kavallier fejn kien qed jiddefendi r-Re Artu’.

Dan il-kavallier kien imqabbad minn Morgana biex joqtol lir-Re.

ALIXANDRU: Ma jirnexxilekx toqtlu! Mhux waqt li jien għadni ħaj!

Xena 2

Post: Kamra ta’ Merlinu, is-saħħar tar-Re Artu’.

Għalkemm ipprova kemm felaħ, is-saħħar Merlinu ma rnexxilux igħin lil Alixandru.

MERLINU: Ippruvajt kemm stajt. Kollox għal xejn pero’.

ALIXANDRU: M’hemmx x’tagħmel. Issa jkolli nibqa ngħix b’dis-seħta.

MERLINU: Mur u tibżax, il-Mulej ikun mieghek żgur.


Xena 3

Post: Id-dar ta’ Alixandru

Alixandru kien iħobb lil Isabel, tfajla żagħżugħa.

Wara xi snin, kienu żżewġu, iżda wara ftit snin Isabel mietet waqt li kienet qed twelled it-tarbija tiegħu.

ALIXANDRU: Le!

MAJJISTRA: Mietet sinjur. Mhemm xejn x’tista tagħmel.

ALIXANDRU: Inħobbok Isabel. Titlaqnix!!!!!

(Il-kamera tiffoka fuq Alixandru li b’idejħ iżomm rasu, jibki)

Xena 4

Post: Funeral ta’ ħabib ta’ Alixandru.

Għaddew is-snin, u kien baqa dejjem l-istess, ma jikbirx fl-eta’ waqt li ħaddieħor jixjieħ. It-tifel tiegħu kiber, u miet ukoll.

Alixandru ra l-ħbieb tiegħu jmutu wieħed wara l-ieħor.

Ma felaħx iktar jibqa’ hemm.

Hu kien għadu jidher kif kien meta kien ġuvni.

Xena 5

Minn Kamelot hu telaq fl-aħħar biex ma jinduna ħadd li kien bniedem immortali. Mar f’ħafna pajjiźi oħra, bħall-Italja u l-Bulgarija.

Xena 6

Post: Rodi

Mar f’Rodi fejn ingħaqad mall-Kavallieri ta’ Rodi.

Narawħ f’laqgħa tal-Kavallieri, kien qed ikellimhom il-Grammastru.

Xena 7

Post: Malta, f’berga.

Għadda ż-żmien u spiċċa f’Malta, fejn daħal mall-Kavallieri ta’ San Ġwann.

F’Malta għin fil-ġlied kontra t-Torok u hemmhekk kien juża isem ieħor, Pietru de la Fonte.

Dan għamlu biex ma jindunawx bl-eta li kellu. Ma jixjieħx kien.

Biex ħadd ma jinduna b’dan kien imur minn post għall-ieħor.

Xena 8

Post: battalja fl-apert.

Kemm il-Tork ipprova joqtlu f’kull mod possibli, iżda kien għal xejn. Kemm il-Kavallieri u t-Torok kienu jaraw xi ħaġa differenti fih.

Xena 9

Post: Inkoronazzjoni tal-Prijur

Wara xi żmien laħaq Prijur ta’ l-Ordni.

In-nies kienu jhobbuħ lil Pietru.

Xena 10

Post: Inkoronazzjoni tal-Granmastru

Wara l-mewt tal-Granmastru Villiers de l’Isle-Adam, laħaq Granmastru hu stess. Ma tantx dam f’Malta wara dan, tant li telaq lejn Tripli.

Il-Kavallieri kien għadhom jokkupaw dan il-post f’dak iż-żmien.

Xena 10

Post: X’imkien fl-Ewropa

Għaddew mijiet ta’ snin.

Pietru kien jaħdem ta’ skrivan.

MARA ANZJANA: Inti mhux Pietru de la Fonte?

PIETRU: Le ta. Għandek żball żgur. Naħliflek li jien mhux hu.

MARA ANZJANA: Ma niżbaljax jien. Għaliex tinħeba ma nafx jien.

PIETRU: Sinjura, ħallini bi kwieti.

Minħabba li bdew jgħarfuh, Alixandru issa kien reġa’ kellu jbiddel ismu.

L-isem li beda juża issa kien Alessandru Fontanier.

Xena 10

Post: Malta – Triq ir-Repubblika, il-Belt.

Alessandru mar lura Malta li issa kienet ingħaqdet fl-Unjoni Ewropeja. Hemmhekk beda jħossu waħdu.

(Miexi fi triq, jitkellem waħdu)

ALESSANDRU: Kif tbiddel dan il-post.

MALTI LI SEMGĦU: Oh veru ta, mgħandekx ideja kemm. Inti għadek zgħir biex tiftakar ta.

ALESSANDRU: Iva, iva.

(Iktar tard, waħdu, jerga jkellem lilu nnifsu)

ALESSANDRU: Din il-ħajja inħossha vojta wisq! Li kieku stajt immur lura, f’Kamelot…

ALESSANDRU: Ma nista nħobb lil ħadd.

Qabdu dwejjaq kbar għax kien jaf li jekk jerġa’ jħobb ‘il xi ħadd, hi kienet tmut wara xi snin waqt li hu jibqa’ ħaj.

F’dan iż-żmien qagħad jaħseb sew u fehem li ma kienx qed jaħrab minn dawk li setgħu jindunaw li hu kien bniedem li ma jmutx.

Irrealizza li hu biex jaħrab minnu nnifsu, kien qed jitlaq minn post għall-ieħor.

Ftakar f’Isabel u fit-tifel li kellu ħafna żmien ilu.

(Tifkira ta l-antik f’Kamelot– il-filmat ikun grayscale, mhux bil-kulur)

ISABEL: Inħobbok. Ħafna ħafna.

ALIXANDRU: Jien ukoll.

(Jitgħannqu)

Minn dan il-mument, waqaf jaħrab u beda’ jgħix.

Kien reġa skopra li l-ħajja hija sabiha tassew jekk tgħixha.

(fil-prezent, allura jerggħa jkun bl-kulur)

ALIXANDRU: Daqshekk ħrabt minni nnifsi.

ALIXANDRU: Ħajja ġdida nibda.

Xena 11

Post: Knisja fil-Belt.

Alixandru jagħmel ftit ħin jitlob.

Joħroġ minn hemm u narawħ jimxi fit-triq.

Xena 12

Post: Xi muzew

Wara ftit ta’ zmien, naraw lil Alixandru jiltaqgħa ma’ tfajla sabiha maltija waqt li kien f’xi muzew.

Isir jafha u jkollu storja t’imħabba magħha.

ALIXANDRU: X’jismek.

MARY: Mary. U inti?

ALIXANDRU: Alixandru proprjament. Inti x’tagħmel?

MARY: Jien fix-xogħol tiegħi esperta ta l-antikita’.

Xena 13

Post: Knisja

Alixandru u Mary jiżżewġu fi Knisja.

(Mal-mistidnin fil-Knisja jkun Merlinu, jew xi ħadd jixbħu ħafna ħafna)

FADE TO BLACK

TMIEM

[singlepic id=12 w=320 h=240 mode=web20 float=center]

(c) CMeli 2007-2012